Language of document : ECLI:EU:T:2012:453





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012 – L‑Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/10)

“Fondi strutturali — Għajnuna finanzjarja — Linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld — Székesfehérvár — Boba — VAT — Nefqa mhux eliġibbli”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Fond ta’ Koeżjoni — Infiq eliġibbli — Taxxa fuq il-valur miżjud li ma tistax tinġabar — Kunċett li għandu jiġi stabbilit skont ir-regolamenti speċifiċi għal kull fond u mhux skont id-dritt nazzjonali — Regolament Nru 1084/2006 — Kunċett li jirreferi għall-fakultà tal-benefiċjarju tal-intervent li jnaqqas l-imsemmija taxxa (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 56(4) u Nru 1084/2006, Artikolu 3(e)) (ara l-punti 32-35, 53)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi — Sens ġenerali u skop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni bħala bażi ta’ riferiment (ara l-punti 39, 40)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Lulju 2010, dwar il-proġett maġġuri intitolat “Bini mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld — Székesfehérvár — Boba, l-ewwel taqsima, l-ewwel fażi” u li jagħmel parti mill-programm operattiv “Trasport” li jipprevedi għajnuna strutturali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni (CCI 2008HU161PR015).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.