Language of document : ECLI:EU:T:2013:149





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Marzu 2013 – Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

(Kawża T‑410/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ basket tan-nisa – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ element li jikkostitwixxi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni – Regola Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 45, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali magħmula mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 47-50)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal- użu – Trade mark tridimensjonali magħmula mill-forma tal-prodott ta’ basket tan-nisa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 53, 56, 64, 65, 68, 69, 85-87, 94-96, 99, 100)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal- użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 72-76))

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1539/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ basket tan-nisa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bottega Veneta International Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.