Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2010 - Nencini vs Il-Parlament
(Kawża T-560/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Riccardo Nencini (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2010, indirizzata lil Riccardo Nencini, u l-Komunikazzjoni Nru 3135653 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2010, u l-Komunikazzjoni Nru 3135653 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2010, li għandha bħala suġġett "Irkupru ta' ħlasijiet indebiti fir-rigward tal-ħlas ta' kumpens ta' assistenza parlamentari u ta' vvjaġġar - Nota ta' debitu", kif ukoll tal-atti li ġejjin, li diġà kienu s-suġġett tar-rikors preċedenti pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża T-431/10: id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Lulju 2010, indirizzata lir-rikorrent, u sa fejn huwa meħtieġ, tal-atti preċedenti, konnessi u ta' natura konsegwenti għad-deċiżjoni kkontestata; il-Komunikazzjoni Nru 312331 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Awwissu 2010, indirizzata lil Riccardo Nencini u atti preċedenti, konnessi u ta' natura konsegwenti.
l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u tirrinvja l-każ quddiem is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew sabiex issir determinazzjoni mill-ġdid b'mod ekwu tal-ammont ikkontestat.
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent f'din il-kawża huwa l-istess tal-kawża T-431/10 Nencini vs Il-Parlament
1.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jissottometti motivi u argumenti simili għal dawn invokati f'din il-kawża.
____________1 - ĠU C 317, p. 40.