Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – Evonik Oil Additives vs UASI – BRB International (VISCOTECH)

(Kawża T-138/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali VISCOTECH – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti VISCOPLEX – Prova tal-portata territorjali u tal-validità ta’ trade mark internazzjonali preċedenti – Regola 19(2), u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Oil Additives GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BRB International BV (Ittervoort, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Bekema, avukat)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 907/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Evonik Degussa GmbH u BRB International BV.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Evonik Oil Additives GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.