Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2019 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-492/15) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Miżuri implimentati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u linji tal-ajru li jużaw dan l-ajruport – Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn ta’ għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport– Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koenig, professeur) u Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789, mill-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C 29/2008) (ex NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (ĠU 2016, L 134, p. 46).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Deutsche Lufthansa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 363, 3.11.2015.