Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

(Kawża T-235/08) 

("Dumping - Importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja - Talba għal reviżjoni interim parzjali - Valur normali - Prezz għall-esportazzjoni - Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Moska, ir-Russja); u Dorogobuzh OAO (Moska) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren, sussegwentament B. Evtimov, avukati, u D. O'Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentament G. Berrisch)

Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O'Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta' Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 75, p. 1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Acron OAO u Dorogobuzh OAO huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 209, 15.08.2008