Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Settembru 2010 - MPDV Mikrolab vs UASI (ROI ANALYZER)

(Kawża T-233/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROI ANALYZER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' April 2008 (Każ R 1525/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ROI ANALYSER bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008