Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – Peter Pinckney vs KDG médiatech AG

(Kawża C-170/12) 1

(Regolament (KE) Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni – Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt – Drittijiet tal-awtur – Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett – Tpoġġija fuq l-internet – Determinazzjoni tal-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Pinckney

Konvenuta: KDG médiatech AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour de cassation - Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt - Kriterji sabiex jiġi ddeterminat il-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”- Ksur tad-drittijiet tal-awtur ikkawżat mit-tpoġġija fuq l-internet tal-kontenut żmaterjalizzat jew ta’ mezz materjali li jirriproduċi dawn il-kontenuti - Kontenut destinat għall-pubblikuDispożittivL-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ allegat ksur għad-drittijiet tal-awtur protetti mill-Istat Membru tal-qorti adita, din għandha ġurisdizzjoni sabiex tittratta kawża dwar responsabbiltà mressqa minn l-awtur ta’ xogħol kontra kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li, f’dan l-istat, ġie riprodott l-imsemmi xogħol fuq mezz mater

jali li huwa

sussegwentement mibjugħ minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru terz, permezz ta’ sit tal-internet aċċessibbli wkoll fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita. Din il-qorti għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru li jappartjeni lilu.