Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2012 - ThyssenKrupp Steel Europe vs UASI (Highprotect)

(Kawża T-565/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Highprotect - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Settembru 2010 (Każ R 1038/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Highprotect bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ThyssenKrupp Steel Europe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.