Language of document : ECLI:EU:T:2012:535





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)

(Kawża T-569/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIMBO DOUGHNUTS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DOGHNUTS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Talba għal tibdil – Ammissibbiltà”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali BIMBO DOUGHNUTS u DOGHNUTS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 53, 97-100)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50-52, 55, 69, 90, 96)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 77, 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 838/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Panrico, SA u Bimbo, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bimbo, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI.

3)

Panrico, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.