Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-564/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali – Multa imposta in solidum fi tmiem ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni – Ħlas bin-nifs – Deċiżjoni li timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja ma’ bank li għandu klassifikazzjoni finanzjarja “AA” għal żmien twil – Rikors għal annullament – Att kontestabbli – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA (Lordelo, il-Portugall) u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Calheiros, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka et B. Mongin, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes u A. Dias Henriques, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 relatata mal-ħlas ta’ multi imposti fuq ir-rikorrenti għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn din l-ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija ma’ bank li jkun ngħata klassifikazzjoni finanzjarja “AA” għal żmien twil bħala kundizzjoni sabiex tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex jinkisbu termini addizzjonali għall-ħlas tal-multa imposta fuqhom in solidum.

Dispożittiv

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA marbuta mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali qabel l-appell.

Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura tar-rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1     ĠU C 55, 19.2.2011.