Language of document : ECLI:EU:T:2017:666





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Settembru 2017 – Quimitécnica.com u de Mello vs IlKummissjoni

(Kawża T-564/10 RENV)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali – Multa imposta in solidum fi tmiem ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni – Ħlas bin-nifs – Deċiżjoni li timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja ma’ bank li għandu klassifikazzjoni finanzjarja ‘AA’ għal żmien twil – Rikors għal annullament – Att kontestabbli – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett –Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja sabiex tilqa’ t-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni – Inklużjoni

(Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 85 u 86(5))

(ara l-punti 42-47)

2.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Kundizzjoni – Rikors li kapaċi jikseb benefiċċju għall-parti li tkun ippreżentatu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Rikors tal-impriża ssanzjonata dirett kontra l-kalkolu ta’ rata ta’ interessi fil-każ ta’ ħlas bin-nifs – Ħlas tal-interessi bir-rata inkrementata mwettaq diġà – Ammissibbiltà

(Artikolu 101 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 85 u 86(5))

(ara l-punt 48)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja sabiex tilqa’ t-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 85)

(ara l-punti 59-66)

4.      Kompetizzjoni – Multi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Portata – Setgħa ta’ stabbiliment tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-multi – Rekwiżit ta’ garanzija bankarja mingħand bank li jibbenefika minn klassifikazzjoni finanzjarja “AA” għal żmien twil – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 85)

(ara l-punti 73-84)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 relatata mal-ħlas ta’ multi imposti fuq ir-rikorrenti għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn din l-ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija ma’ bank li jkun ngħata klassifikazzjoni finanzjarja “AA” għal żmien twil bħala kundizzjoni sabiex tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex jinkisbu termini addizzjonali għall-ħlas tal-multa imposta fuqhom in solidum.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA marbuta mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali qabel l-appell.

4)

Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura tar-rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali.