Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2010 - TyssenKrupp Steel Europe vs UASI (Highprotect)

(Kawża T-565/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tat-30 ta' Settembru, fil-Każ R 1038/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Highprotect" għal prodotti fil-klassi 6

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 1 peress li t-trade mark ikkonċernata hija distintiva u mhux deskrittiva

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)