Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2013 – Nardone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/12) 1

(Servizz pubbliku – Ex uffiċjal – Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Inċident – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kumitat Mediku – Motivazzjoni – Rikors għad-danni – Tul tal-proċeduri)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.DispożittivIl-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Nardone l-interessi moratorji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2006 u l-15 ta’ Lulju 2010 fuq l-ammont ta’ EUR 8 448.51 bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu inkwistjoni, miżjuda b’żewġ punti, kif ukoll is-somma ta’ EUR 3 000.Il-kumplament tat-talbiet tal-appell huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż imġarrba minn A. Nardone.A. Nardone għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.