Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 – Todorova Androva vs Il-Kunsill

(Kawża F-78/12) 1

(Servizz pubbliku – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Anzjanità ta’ sentejn fil-grad – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ xogħol imwettaq bħala membru tal-persunal temporanju – Differenza fit-trattament minħabba n-natura legali tal-impjieg tal-ħaddiema kkonċernati – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Invokabbiltà – Esklużjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Viara Todorova Androva (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat) Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u M. Bauer, aġenti)Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : J. Currall u G. Gattinara, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni għas-sena 2011. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.V. Todorova Androva għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.