Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2011 - Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, beige, kannella, aħmar skur u griż)

(Kawża T-26/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Novembru 2010, fil-Każ R 1317/2010-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, beige, kannella, aħmar skur u griż għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, billi t-trade marks Komunitarji kunfliġġenti għandhom karattru distintiv, u minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma kienx analizza l-allegazzjonijiet estensivi ta' fatt u ta' dritt magħmula mir-rikorrenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).