Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2011 - Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-24/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J. -M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2010/644/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010, inkwantu tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 961/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010, inkwantu jirrigwarda lir-rikorrent;

tiddikjara d-Deċiżjoni 2010/413/PESK inapplikabbli għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-4/11, Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill.

____________