Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2010 - Constellation Brands vs UASI (COOK'S)

(Kawża T-314/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Constellation Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 1048/2009-1;

Tirrinvija l-każ quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u tordna restitutio in integrum fir-rigward tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 942128;

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark "COOK's"

Deċiżjoni tad-dipartiment Trade marks u Reġistru: Talba għal restitutio in integrum miċħuda u annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 942128 ikkonfermat.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-applikazzjoni ta' dan l-artikolu u fl-evalwazzjoni tiegħu tal-fatti meta kkunsidra li r-rappreżentanti tar-rikorrenti naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni dovuta fiċ-ċirkustanzi.

____________