Language of document : ECLI:EU:T:2013:147





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 – Event vs UASI – CBT Comunicación Multimedia (eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS)

(Kawża T‑353/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Event – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li jiddeċiedi fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali mhux invokata quddiem l-istanzi tal- Uffiċċju – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artiklu 65) (ara l-punti 22, 23))

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 29, 81, 84))

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva eventer EVENT MANAGEMENT SYSTEMS u trade mark verbali Event (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38, 57, 67, 74, 80, 83, 92)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 50)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri – Effett (ara l-punt 58)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 60, 63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2011 (Każ R 939/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Event Holding GmbH & Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Event Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.