Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 – Banco Mare Nostrum vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Banco Mare Nostrum SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo u A. Biondi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri tal-AIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;
tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn fih tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.