Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/14)

(Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti – Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentat ġdid – Rikorrent li jkun waqaf jirrispondi għat-talbiet tat-Tribunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: Z, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Jannar 2013 għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 700 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba minħabba d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid fi Brussell.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-33/14, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________