Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 - Kwang Yang Motor vs L-UASI - Honda Giken Kogyo (Rappreżentazzjoni ta' magna ta' kombustjoni interna)

(Kawża T-10/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co. Ltd(Kaoshiung City,it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Ottubru 2007 innotifikata lir-rappreżentanti tar-rikorrenti fit-30 ta' Ottubru 2007, fil-Każ R 1337/2006-3;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn Komunitarju rreġistrat għal "Magna ta' kombustjoni interna" - Disinn Komunitarju Nru 000 163 290 - 0001

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju : Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha Co. Ltd

Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Id-disinn irreġistrat fl-Istati Uniti għal "magna ta' kombustjoni interna"- Privattiva Nru D 367 070

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda tar-rikors għal invalidità kollu kemm hu

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u ddikjarat id-disinn invalidu

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.

____________