Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Mushie & Co vs EUIPO – Diana Dolls Fashions (Mushie)

(Kawża T-262/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mushie – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni KUSHIES – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rapreżentazzjoni professjonali – Artikolu 120(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mushie & Co, LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Vasegård Andreasen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf, E. Markakis u K. Zajfert, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Diana Dolls Fashions Inc. (Stoney Creek, il-Kanada)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Marzu 2023 (Każ R 2062/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.