Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Dexia vs SRB (Kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022)

(Kawża T-411/22) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni tal-2022 – Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Żball ta’ liġi – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dexia, li kienet Dexia Crédit Local (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Gilliams u J.-M. Gollier, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: K.-P. Wojcik, J. Kerlin u C. De Falco, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis u P. Gey, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. d’Ursel, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2022/18 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), sa fejn din tikkonċernaha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2022/18 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Dexia.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2022/18 huma miżmuma sa fejn din tikkonċerna lil Dexia sakemm is-SRB ikun adotta l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza, u dan f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż sitt xhur b’effett mill-jum li fih din is-sentenza ssir definittiva.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu stess, dawk sostnuti minn Dexia.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 311, 16.8.2022.