Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Fridman vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina –  Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi  – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Kunċett ta’ ‘appoġġ għal azzjonijiet jew għal politiki’ – Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 – Kunċetti ta’ ‘appoġġ materjali jew finanzjarju għall-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet’ u ta’ ‘vantaġġ’ mislut minn dawn il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet – Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2014/145 – Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 269/2014 – Żball ta’ evalwazzjoni” )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mikhail Fridman (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Van Overmeire, V. Piessevaux u J. Rurarz, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: J. Davidoviča u K. Pommere, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022  li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 59, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 67, p. 112), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 58, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 67, p. 113), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1) sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna għandhom jiġu annullati, sa fejn isem Mikhail Fridman ġie inkluż u inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Mikhail Fridman.

Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkudannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 257, 4.7.2022.