Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2010 - X Technology Swiss GmbH vs UASI

(Kawża T-581/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Herbertz, R. Jung, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brawn LLC (Weekhawken, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R-1580/2009-1 tas-6 ta' Ottubru 2010 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-kovenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "X-Undergear", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 23 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Brawn LLC

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade marks nazzjonali u Komunitarji "UNDERGEAR" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, fid-dawl tan-nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).