Language of document : ECLI:EU:T:2014:812





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T‑605/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIÑA SOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75, l-ewwel sentenza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013‑2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

3)

Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.