Language of document : ECLI:EU:T:2009:388





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Is‑Seba’ Awla) tas‑6 ta’ Ottubru 2009 – MABB vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑24/06)

“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali terrestri – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lix-xandara li jużaw in-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri (DVB‑T) fir-reġjun ta’ Berlin Brandenburg – Deċiżjoni li tiddikjara l‑għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l‑inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Rikors ippreżentat minn awtorità li tifforma parti integrali mill-Istat, li ma għandhiex awtonomija finanzjarja u li hija suġġetta għal kontroll mill-Istat – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 42, 50, 52, 53)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE, tad-9 ta’ Novembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB‑T) fir-reġjun ta’ Berlin‑Brandenburg (ĠU 2006, L 200, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Medienanstalt Berlin‑Brandenburg (MABB) hija kkundannata għall-ispejjeż.