Language of document : ECLI:EU:T:2013:238

Kawża T‑249/11

Sanco, SA

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tiġieġa — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi — Perċezzjoni mill-pubbliku rilevanti tal-importanza għall-użu ta’ prodott jew ta’ servizz ta’ prodott jew servizz ieħor

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Stabbiliment tal-pubbliku rilevanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni

(Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6))

5.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 16-18, 24)

2.      Sabiex jiġi evalwat ix-xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni, ġurisprudenza stabbilita kkonstatat li kien hemm lok li jiġu kkunsidrati l-fatturi rilevanti kollha li jikkaratterizzaw ir-relazzjoni bejniethom. Dawn il-fatturi jinkludu, b’mod partikolari, in-natura tagħhom, l-użu intenzjonat tagħhom, l-użu tagħhom kif ukoll in-natura tagħhom bħala prodotti li jikkompetu jew li jikkomplementaw lil xulxin. Fatturi oħra jistgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-prodotti kkonċernati.

Il-prodotti jew is-servizzi komplementari huma dawk li bejniethom teżisti rabta stretta, fis-sens li wieħed huwa indispensabbli jew importanti għall-użu tal-ieħor, b’mod li l-konsumaturi jistgħu jaħsbu li r-responsabbiltà għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti jew għall-provvista ta’ dawn is-servizzi hija tal-istess impriża. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura komplementari ta’ prodotti u ta’ servizzi, huwa xieraq, wara kollox, li tittieħed inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni mill-pubbliku rilevanti tal-importanza għall-użu ta’ prodott jew ta’ servizz ta’ prodott jew servizz ieħor.

Għalhekk, il-komplementarjetà bejn prodotti u servizzi fil-kuntest ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni ma hijiex evalwata abbażi tal-eżistenza għall-imsemmi pubbliku ta’ relazzjoni bejn il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni mill-perspettiva tan-natura tagħhom, l-użu tagħhom u tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tagħhom, iżda abbażi tal-eżistenza ta’ rabta stretta bejn l-imsemmija prodotti u servizzi, jiġifieri n-natura indispensabbli jew importanti ta’ wieħed għall-użu tal-ieħor, b’mod li dan il-pubbliku jista’ jaħseb li r-responsabbiltà tal-manifattura ta’ dawn il-prodotti jew il-provvista ta’ dawn is-servizzi hija tal-istess impriża.

Il-fatt li l-użu ta’ prodott jew servizz ma għandu l-ebda relazzjoni mal-użu ta’ prodott jew servizz ieħor ma jimplikax f’kull każ li l-użu ta’ wieħed ma huwiex importanti jew indispensabbli għall-użu tal-ieħor.

(ara l-punti 21, 22, 36, 38)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 67, 68)