Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 - Locchi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-78/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo Locchi (Besozzo, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mil-lista tal-uffiċjali magħżula minn qabel għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2007, kif ukoll l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5694 tal-20 ta' Novembru 2007, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jitħalla barra mil-lista definittiva tal-kandidati magħżula minn qabel għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2007 u konsegwentement id-deċiżjoni li r-rikorrent jitħalla barra wkoll mil-lista tal-kandidati magħżula minn qabel li huma kklassifikati fl-aħjar postijiet kif ukoll mill-lista ta' kandidati ammessi għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni;
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5694 tal-20 ta' Novembru 2007, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal;
safejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________