Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/08) 

["FEŻR - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa' taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar il-Land ta' Thüringen (il-Ġermanja)"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, T. Henze, C. Blaschke u K. Petersen, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u B. Conte, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment J.M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement N. Díaz Abad u J. M. Rodríguez Cárcamo u fl-aħħar nett A. Rubio González, abogados del Estado); ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti); u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, B. Koopman, M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1690 finali, tat-30 ta' April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-programm operattiv fir-reġjun tal-objettiv 1 tal-Land ta' Thüringen (il-Ġermanja) (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 1939/5, tal-5 ta' Awwissu 1994.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.