Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Shammout vs Il-Kunsill

(Kawża T-649/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Issam Shammout (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1277 tal-21 ta’ Lulju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja 1 , sa fejn din tapplika għar-rikorrent,

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1275 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja 1 , sa fejn dan japplika għar-rikorrent,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti. Il-Kunsill għamel żball manifest meta evalwa l-fatti billi qies li r-rikorrent huwa “negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja”.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għas-sjieda u għall-eżerċizzju ta’ professjoni.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni pprovdut fl-Artikolu 296(2) TFUE.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju xieraq.

____________

1 ĠU 2022, L 194, p. 15.

1 ĠU 2022, L 194, p. 8.