Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-14 ta’ Jannar 2021 – SRS, AA vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-22/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SRS, AA

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

Jista’ t-terminu membru tad-dar ta’ ċittadin tal-Unjoni, kif użat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE 1 , jiġi ddefinit sabiex ikun ta’ applikazzjoni universali fl-Unjoni u, jekk iva, x’inhi din id-definizzjoni?

Jekk dan it-terminu ma jistax jiġi ddefinit, abbażi ta’ liema kriterji għandhom l-Imħallfin iħarsu lejn l-evidenza sabiex il-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jiddeċiedu skont lista ta’ fatturi deċiżi min hu jew min ma huwiex membru tad-dar ta’ ċittadin tal-Unjoni għall-iskopijiet tal-moviment liberu?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.