Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/09)1

(“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali – Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali – Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha – Lingwa tal-eżamijiet – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u J. Baquero Cruz, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/144/09, fil-qasam tas-saħħa pubblika, EPSO/AD/145/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (kontabbiltà, spezzjoni u evalwazzjoni), għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) ta’ ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU C 9 A, p. 1).

Dispożittiv

L-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/144/09, fil-qasam tas-saħħa pubblika, EPSO/AD/145/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (kontabbiltà, spezzjoni u evalwazzjoni), għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) ta’ ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2009, huma annullati.

Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibati l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 129, 06.06.2009.