Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Abdulrahim vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-127/09 RENV)1

(“Rinviju wara annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn korp ta’ Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Skadenza - Żball skużabbli - Drittijiet fundamentali - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abdulbasit Abdulrahim (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Moser, QC, E. Grieves, barrister, H. Miller u R. Graham, solicitors)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti), u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u G. Valero Jordana, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU L 139, p. 9), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (ĠU L 345, p. 60), jew ta’ dan l-aħħar imsemmi regolament, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn dawn l-atti.DispożittivIr-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil A. Abdulbasit Abdulrahim.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż esposti minn A. Abdulrahim għar-rikors għal annullament, kif ukoll l-ammonti mħallsa mill-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali.