Language of document :

Corrigendum għall-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-126/09

(Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 129 tas-6 ta' Ġunju 2009, p. 18)

Il-test korrett tal- HYPERLINK \l "_Hlk232477745" \s "1,18,64,4094,73_Alinea_centre_gras,komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċj" komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-126/09, L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO huwa kif ġej:

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Marzu 2009 - L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO

(Kawża T-126/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

Talbiet tar-rikorrenti

Annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet miftuħa (AD 5) EPSO/AD/144/09 (saħħa pubblika), EPSO/AD/145/09 (sigurtà tal-ikel - politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09 (sigurtà tal-ikel - verifika, spezzjoni u evalwazzjoni) sabiex jiġu reklutati, rispettivament 35, 40 u 55 amministratur (AD 5) ta' ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-166/07 L-Italja vs Il-Kummissjoni.

____________