Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-12 ta’ Ottubru 2023 – XXX vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
(Kawża C-626/23, Sergamo 1 )
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XXX
Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali 1 u l-Artikoli 20, 21, 23 u 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni għall-benefiċjarji ta’ pensjonijiet tal-irtirar kontributorji li kellhom ulied bijoloġiċi jew adottati, iżda li tingħata awtomatikament lin-nisa, filwaqt li l-irġiel huma meħtieġa, jew ikunu d-detenturi ta’ pensjoni tar-romol b’riżultat tal-mewt tal-ġenitur l-ieħor u wieħed mill-ulied jkun jirċievi pensjoni għall-orfni, jew li kellhom il-karriera professjonali tagħhom interrotta jew ippreġudikata (fit-termini previsti legalment u deskritti iktar ’il fuq) b’riżultat tat-twelid jew tal-adozzjoni tal-wild?
____________
1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.