Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2010 - Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: E. González Díaz u A. Tresandí Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, bis-saħħa tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar użat għall-prestressing;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, bis-saħħa tal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni msemmija, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-426/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f'dik il-kawża.

Ir-rikorrenti ssostni li hija ma għandhiex tinżamm responsabbli għall-allegat ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

____________