Language of document : ECLI:EU:T:2008:96





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ April 2008 – Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru – Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-22)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Nuqqas ta’ rilevanza – Limiti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 50-51)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 53)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Ksur mill-att ikkontestat ta’ regola tad-dritt superjuri – Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament – Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) (ara l-punti 58-59)

Suġġett

Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ numru ta’ avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti adottati mill-Kummissjoni u intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru fis-setturi ta’ l-enerġija, ta’ l-ambjent, ta’ l-agrikoltura, tat-telekomunikazzjonijiet, ta’ l-edukazzjoni kif ukoll ta’ l-immaniġġjar ta’ l-uċuħ tar-raba u ta’ l-irrigazzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

2)

It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.