Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Diċembru 2021 – R.I. vs Inspecţia Judiciară, N.L.

(Kawża C-817/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R.I.

Konvenuti: Inspecţia Judiciară, N.L.

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni  2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni 1 , kif ukoll il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità imposti mid-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-ispettur kap tal-Inspecției Judiciare (l-Ispettorat Ġudizzjarju) jadotta atti amministrattivi (infralegali) u/jew individwali li permezz tagħhom jiddeċiedi b’mod awtonomu l-organizzazzjoni tal-qafas istituzzjonali tal-Ispettorat Ġudizzjarju għall-għażla tal-ispetturi ġudizzjarji u l-evalwazzjoni tal-attività tagħhom, it-twettiq tax-xogħlijiet ta’ spezzjoni, kif ukoll in-nomina tal-aġent spettur kap, fil-każ fejn, skont il-liġi organika, dawn il-persuni jkunu l-uniċi li jistgħu jwettqu, jikkonfermaw jew jirrifjutaw atti ta’ investigazzjoni dixxiplinarja kontra l-ispettur kap?

____________

1     ĠU 2007, L 142M, p. 825.