Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2024 – Impossible Foods vs EUIPO - Impossible Foods (IMPOSSIBLE BAKERS)

(Kawża T-67/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Impossible Foods Inc (Redwood City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Cohen Jehoram, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impossible Foods, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IMPOSSIBLE BAKERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 522 412

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1754/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________