Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Marzu 2013 - Bank Saderat vs Il-Kunsill

(Kawża T-495/10) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Entità miżmuma 100 % minn entità rikonoxxuta bħala implikata fil-proliferazzjoni nukleari - Eċċezzjoni ta' illegalità - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Saderat plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Internvenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta' Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta' inapplikabbiltà fir-rigward tar-rikorrent tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta' April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012,

Dispożittiv

Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Bank Saderat plc:

-    il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

-    il-punt 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

-    il-punt 7 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

-    il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007.

L-effetti tal-annullament tad-Deċiżjoni 2010/413 u tad-Deċiżjoni 2010/644 huma limitati għall-perijodu preċedenti għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta' Bank Saderat intiża sabiex ir-Regolament Nru 961/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, jkunu annullati b'effett immedjat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.