Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2021 – Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

(Kawża C-34/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

Konvenut: Der Minister des Hessischen Kultusministeriums

Domandi preliminari

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun regola iktar speċifika li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali ta’ impjegati fil-kuntest tal-impjiegi fis-sens tal-Artikolu 88(1) tal-imsemmi regolament, dispożizzjoni legali għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq tali regoli mill-Artikolu 88(2) ta’ dan ir-regolament?

Fil-każ li ma tkunx tidher li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament 2016/679, regola nazzjonali tista’ xorta waħda tkun applikabbli?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.