Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, Attorney General

(Kawża C-442/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Florea Gusa

Konvenuti: Minister for Social Protection, Attorney General

Domandi preliminari

Ċittadin tal-Unjoni 1) ċittadin ta’ Stat Membru ieħor; 2) li rrisjeda legalment u eżerċita attività ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ospitanti għal madwar erba’ snin; 3) li waqaf mix-xogħol tiegħu jew l-attività ekonomika tiegħu minħabba nuqqas ta’ xogħol u 4) li huwa persuna li qed tfittex xogħol irreġistrata mal-uffiċċju tal-impjiegi kompetenti jżomm il-kwalità ta’ persuna li taħdem għal rasha skont l-Artikolu 7(1)(a), jew l-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE 1 jew għal raġuni differenti?

Jekk le, iżomm id-dritt li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti mingħajr ma jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tad-Direttiva 2004/38/KE jew huwa protett kontra t-tkeċċija skont l-Artikolu 14(4)(b) tal-istess direttiva?

Jekk le, ir-rifjut li tingħata lil tali persuna benefiċċju għal persuna li qed tfittex xogħol (li jikkostitwixxi benefiċċju speċjali ta’ natura mhux kontributorja skont l-Artikolu 70 tar-Regolament nru 883/2004 2 ) minħabba li din il-persuna ma jkollhiex dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004?

____________

1 Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

2 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).