Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cout of Appeal - l-Irlanda) – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, l-Irlanda, Attorney General

(Kawża C-442/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/38/KE – Persuna li waqfet teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha – Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu – Dritt ta’ residenza – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ allowance għal persuni li qegħdin ifittxu impjieg għall-persuni li għandhom dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Florea Gusa

Konvenuti: Minister for Social Protection, l-Irlanda, Attorney General,

Dispożittiv

L-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jżomm l-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva ċittadin ta’ Stat Membru li, wara li jkun irrisjeda regolarment u eżerċita attività inkwantu ħaddiem li jaħdem għal rasu fi Stat Membru ieħor għal perijodu ta’ madwar erba’ snin, waqaf minn din l-attività minħabba nuqqas ta’ xogħol debitament irreġistrat u kkawżat minn raġunijiet indipendenti mill-volontà tiegħu u li rreġistra ruħu inkwantu persuna li qiegħda tfittex impjieg mal-uffiċċju tal-impjieg kompetenti ta’ dan l-Istat Membru msemmi l-aħħar.

____________

1     ĠU C 383, 17.10.2016.