Language of document : ECLI:EU:T:2004:213

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (ir-Raba' Awla)

7 ta’ Lulju 2004(*)

“Trattat KEFA - Industriji ta' l-Azzar - Abbandun tal-konċessjonijiet minerarji- Spejjeż imposti mir-Repubblika Franċiża fuq intrapriżi minerarji - Ilment - Nuqqas ta' risposta favorevoli mill-Kummissjoni - Nuqqas ta' azzjoni -Inammissibbiltà - Kwalità biex taġixxi – Intrapriża fis-sens ta’ l-Artikolu 80 KEFA"

Fil-kawżi magħquda T-107/01 u T-175/01,

Société des mines de Sacilor – Lormines SA, stabbilita f’Puteaux (Franza), inizjalment irrappreżentata minn G. Marty, wara minn R. Schmitt, Avocats,

rikorrenti

kontra

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrapreżentata minn G. Rozet u L. Ström, bhala agenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas u, sussidjarjament, rikors għal annullament, fir-rigward tar-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ l-ilment imressaq mir-rikorrenti intiż li jiġi kkonstatat il-ksur mir-Repubblika Franċiża tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 b) u c) KEFA, u ta’ l-Artikolu 86 KEFA, minħabba l-impożizzjoni fuq ir-rikorrenti ta’ spejjeż allegatament eċċessivi fil-kuntest tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ abbandun u ta’ rinunzja għall-konċessjonijiet minerarji tagħha,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (ir-Raba' Awla),

komposta minn H. Legal, President, V. Tiili u M.Vilaras, Imhallfin,

Reġistratur ; J. Palacio Gonzàlez, Amministratur Prinċipali,

Wara li rat il-proċedura bil-miktub wara s-seduta tat-18 ta' Frar 2004,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-kuntest ġuridiku

1        L-Artikolu 4 KEFA jgħid:

"Huma rikonoxxuti bħala inkompatibbli mas-suq komuni tal-faħam u l-azzar u, b'konsegenza ta' dan, huma aboliti u projbiti fil-kundizzjonijiet previsti fit-Trattat preżenti, ġewwa l-Komunità:

[...]

b)      il-miżuri jew użanzi li jistabbilixxu diskriminazzjoni bejn il-produtturi, bejn ix-xerrejja jew bejn il-konsumaturi, speċjalment għal dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-prezzijiet jew tal-kunsinna u t-tariffi tat-trasport, kif ukoll il-miżuri jew użanzi li jostakolaw l-għażla ħielsa għax-xerrej tal-fornitur tagħha;

c)      is-sussidji jew għajnuniet mogħtija mill-Istati jew l-ispejjeż speċjali imposti minnħom, taħt kwalunkwe forma;

[...]"

2        L-Artikolu 33 KEFA jgħid:

"Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti biex tiddeċiedi fuq ir-rikorsi għall-annullament minħabba inkompetenza, ksur ta' forom sostanzjali, ksur tat-Trattat jew ta' kull regola ta!-Liġi relatata ma' l-applikazzjoni tagħħa, jew abbuż ta' poter magħmula kontra d-deċizjonijiet u rakommandazzjonijiet tal-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri jew mill-Kunsill. Madankollu, l-eżaminazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax twassal għal evalwazzjoni tas-sitwazzjoni li tirriżulta minn fatti jew ċirkustanzi ekonomiċi li minnħom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet jew rakomandazzjonijiet, minbarra jekk huwa għamel ilment lil Kumissjoni li hija abbużat il-poter jew li ma segwietx kif kienet awtorizzata li tagħmel, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew kull regola tal-Liġi relatati ma' l-applikazzjoni tagħha.

L-intrapriżi jew l-assoċjazzjoniet li jistgħu jirreferu għall-ArtikoIu 48, fl-istess kundizzjonijiet, rikors kontra d-deċiżjonijiet u rakomandazzjonijiet individwali li jikkonċernawhom jew kontra d-deċiżjonijiet jew rakomandazzjonijiet ġenerali li huma jikkunsidraw li kienu vvizzjati minn abbuż ta' poter fir-rigward tagħħom.

[...]"

3        Skond l-Artikolu 35 KEFA:

"F'każ fejn il-Kummissjoni, li minħabba dispożizzjoni tat-Trattat preżenti jew tar-regolamenti ta' applikazzjoni jkollħa tieħu deċiżjoni jew li tikteb rakomandazzjoni, ma tikkonformax ma' dik l-obbligazzjoni. L-Istati jew il-Kunsill jew l-intraprizi u l-assoċjazzjonijiet għandhom id-dritt, skond il-każ, li jressqu l-każ tagħhom.

L-istess jiġri fejn il-Kummissjoni, li permezz ta' dispożizzjoni tat-Trattat preżenti jew tar-regolamenti ta' applikazzjoni għandha l-poter li tieħu deċiżjoni jew li tikteb rakomandazzjoni, li hija tastjeni jekk hija tastjeni u fejn l-astensjoni tagħha tikkostilwixxi abbuż ta' poter.

Jekk, fl-iskadenza ta' dewmien ta' xahrjen, il-Kummissjoni ma tkunx ħadet ebda deċiżjoni jew għamlet ebda rakomandazzjoni, rikors ikun jista' jsir quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xaħar kontra d-deċizjoni impliċita ta' rifjut li tidħer li jirriżulta minn dan is-silenzju".

4        L-Artikolu 81 KEFA jgħid:

"Skond it-Trattat preżenti, l-intrapriżi huma dawk li jeżerċitaw attività ta' produzzjoni fil-qasam tal-faħam u ta' l-azzar fit-territorji msemmijia fl-Artikolu 79(1), u barra dan, għal dak li jikkonċerna l-Artikoli 65 u 66 kif ukoll l-informazzjoni mitluba għall-applikazzjoni tagħhom u r-rikorsi magħmula fl- okkażjoni tagħhom, l-intrapriżi jew organizzazzjonijet li jeżerċitaw regolarment attività ta' distribuzzjoni minbarra dik ta' bejgħ lill-konsumaturi domestiċi jew lil industriji ta' artiġanat".

 Il-Fatti li wasslu għall-kawża

5        Ir-rikorrenti, li f’dak iż-żmien kellha l-isem Lormines, sussidjarja ta' Usinor, ġiet ikkostitwita fl-1978 biex tieħu lura l-konċessjonijiet u l-kiri tal-minjieri tal-ħadid ta' Sacilor en Lorraine. Ir-rikorrenti saret intrapriża pubblika b'riżultat tan-nazzjonalizzazzjoni tal-kumpannija prinċipali fl-1982. Minħabba n-nuqqas ta' attività ta' l-estrazzjoni tal-minerali tal-ħadid f’dak ir-reġjun, il-Gvern Franċiż iddeċieda fl-1991 li jwaqqaf il-produzzjoni. L-aħħar minjieri tal-ħadid tar- rikorrenti waqqfu l-attività tagħhom f’Lulju 1993. Ir-rikorrenti ġiet ipprivatizzata fl-1995 u fl-1997.

6        Minħabba li kien spiċċa l-għan tal-kumpannija, ir-rikorrenti kienet iddestinata għax-xoljiment. B'konsegwenza ta' dan, hija bdiet l-proċeduri ta' abbandun u ta’ rinunzja.

7        Il-proċedura ta' deżerzjoni hija intiża li tagħlaq u tagħti sigurtà lill-installazzjonijiet qodma tal-minjieri. Fil-kuntest ta' abbandun, il-kumpannija minjiera hija suġġetta għar-rispett tal-pulizija speċjali tal-minjieri, li l-iskop tagħhom huwa li jiddefinixxu x-xogħlijiet neċessarji bl-għan li jagħtu sigurtà lill-installazzjonijiet minerarji l-qodma.

8        Il-proċedura ta' rinunzja għandha bħala għan li tantiċipa l-waqfien tal-konċessjoni. Hija tippermetti li tneħħi lil konċessjoni l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-pulizija speċjali tal-minjieri u l-ħelsien mill-preżunzjoni ta' responsabbiltà li kienu jaqgħu fuqu għall-ħsarat li joħorġu fis-superfiċji.

9        Il-miżuri ta' abbandun ta' bosta minjieri tar-rikorrenti ġew eżegwiti skond id-dispożizzjonijet tad-digriet 80-330, tas-7 ta' Mejju 1980, relatati mal-pulizija tal-minjieri u tal-barrieri (ĠURF ta' l-10 ta' Mejju 1980, p. 1179), u l-emendi relativi, kif approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti matul l-1996.

10      Madankollu, it-talba ta' rinunzja antiċipata għall-konċessjonijiet korrispondenti ma ġietx aċċettata mill-Ministru kompetenti, u l-amministrazzjoni kompliet teżerċita l-politika tal-minjieri fuq il-bażi tal-Liġi 94-588 tal-15 ta' Lulju 1994, li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-minjieri u l-Artikolu L 711-12 tal-Kodiċi tax-Xogħol (ĠURF tas-16 ta' Lulju 1994, p. 10239). Barra minn dan, ir-rikorrenti kompliet issostni l-ispejjeż konnessi ma' miżuri ta' sorveljanza u ta' xogħolijiet pubbliċi.

11      Barra minn dan, permezz tal-Liġi 99-245 ta' l-30 ta' Marzu 1999, dwar ir-responsabbiltà fil-qasam tad-danni konsekutivi fl-isfruttament tal-minjieri u l-prevenzjoni ta' riskji fil-minjieri wara t-tmiem ta' l-isfruttament (ĠURF taI-31 ta' Marzu 1999, p. 4767) il-preżunzjoni ta' responsabbiltà fil-qasam tal-minjieri ġiet estiża sabiex minn issa l-quddiem mistennija jkun hemm preżunzjoni ta' responsabbiltà perpetwa tal-konċessjonarju preċedenti. Din il-Liġi tipprevedi wkoll l-obbligu għall-isfruttatur preċedentu li jħallas kumpens iddestinat għall-finanazjament ta' spejjeż pubbliċi għal għaxar snin.

12      B'delibera ta' l-Assemblea Ġenerali Straordinarja tagħha tat-3 ta' Marzu 2000, ir-rikorrenti ġiet stralċjata volontarjament

13      Peress li qieset li r-rifjut ta' l-awtoritajiet Franċiżi li jtemmu l-konċessjonjiet tagħhom, li minnhom joħroġ l-issuġġettar għall-spejjeż ġodda imprevisti u eżorbitanti, jikkostitixxi ksur ta' l-Artikoli 4 KEFA u 86 KEFA, ir-rikorrenti ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2001, irreġistrata fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fil-21 ta' Frar 2001.

14       Fl-ilment tagħha, ir-rikorrenti sostniet li l-awtoritajiet Franċiżi kisru l-Artikolu 4(c) KEFA meta imponew fuqha l-"ispejjeż speċjali". Hija talbet lill-Kummissjoni tikkonstata, bis-saħħa ta' l-Artikolu 88 KEFA, in-nuqqas tar-Repubblika Franċiża li twettaq l-obbligi li joħorġu minn dak it-Trattat u li tordnaha:

" - tirrikonoxxi li l-kumpannija Lormines m'hijiex aktar it-titulari tal-konċessjonjiet u kirjiet tagħha mill-ġurnata ta' l-abbandun effettiv tagħhom;

-      tirrikonoxxi li, miż-żmien ta' l-abbandun effettiv tal-konċessjonjiet u kirjiet tagħha, il-kumpannija Lormines ma tistax tkun marbuta bil-preżunzjoni ta' responsabbiltà;

-      twaqqaf l-impożizzjoni fuq il-kumpannija Lormines ta' kwalunke spiża fir-rigward ta' dawn il-konċessjonjiet u kirjiet;

-      tikkumpensa l-kumpannija Lormines għall-ispejjeż li hija kellha toħroġ miż-żmien ta' l-abbandun effettiv tal-konċessjonijiet u kirjiet tagħħa".

15      Fl-ittra tagħha tat-30 ta' Marzu 2001, li l-konsulent legali tar-rikorrenti qal li rċieva fl-20 ta' April 2001, iffirmata mid-Direttur tad-Direzzjoni "Għajnuna mill-Istat II" fi ħdan id-Direttorat Ġenerali "Kompetizzjoni", il-Kummissjoni rrispondiet b'dawn il-kliem:

"Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, id-dipartimenti tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni kkonkludew li l-każ m'huwiex relatat mad-dritt Komunitarju imma mal-Liġi Franċiża biss. Fil-fatt, il-miżuri ddenunzjati, li huma marbutin mal-kundizzjonijiet imposti mill-Istat Franċiż għar-rinunzja mill-kumpanniji li jisfruttaw il-konċessjonijiet minerarji, m'humiex miżuri ta' applikazzjoni speċifiċi għall-intrapriżi KEFA. Dawn huma relatati mal-qasam tas-sigurtà u tar-responsabbiltà ċivili, oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri u mhux tal-Komunità. L-intrapriżi KEFA m'humiex esklużi mill-obbligi imposti mill-Istati li huma neċessarji għal raġunijiet ta' ordni ġenerali bħas-sigurtà, ir-responsabbiltà ċivili jew l-ambjent. L-ispejjeż li jirriżultaw minnhom ma jistgħux jitqiesu li huma spejjeż speċjali li jaqgħu fuq l-intrapriżi KEFA skond l-Artikolu 4 c) [KEFA].

Fil-każ fejn intom ikollkom elementi ġodda li jistgħu juru l-kuntrarju, jien napprezza kieku intom tgħaddulhom għall-konoxxenza tad-dipartimenti tiegħi fl-iqsar żmien possibbli."

16      B'ittra tad-9 ta' Mejju 2001, il-konsulent legali tar-rikorrenti wiegħġeb lill-ittra tal-Kummissjoni. Huwa insista fuq il-ksur allegat ta' l-Artikolu 4(c) KEFA, li jikkonċerna l-kunċett ta' "spejjeż speċjali" u l-impożizzjoni ta' spejjeż fuq l-intrapriżi li jaqgħu taħt it-Trattat KEFA biss. Barra dan, huwa rrefera għall-eżistenza ta' diskriminazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 4(b) KEFA. Huwa kkonkluda hekk:

"Għal din ir-raġuni, sa fejn huwa neċessaru u għall-finijiet ta' l-Artikolu 35 (KEFA), jien nitlob lil-Kummissjoni tivverifka n-nuqqas tar-Repubblika Franċiża lejn l-obbligi li l-Artikoli 4 (b) (KEFA) u 86 (KEFA) jimponu fuqha."

17      Huwa talab ukoll li jiġu ordnati eżattament l-istess miżuri li kienu diġa ntalbu fl-ilment tagħha tad-9 ta' Frar 2001.

18      B'ittra ta' l-10 ta' Lulju 2001, li l-konsulent tar-rikorrenti qal li huwa kien irċieva fid-19 ta' Lulju ta' wara, il-Kummissjoni, taħt il-firma tad-Direttur tad-Direzzjoni "Politika ta' l-Intrapriżi u Ambjent, sfruttament tar-Riżorsi Naturali u Industriji Relatati" tad-Direttorat Ġenerali "Intrapriżi", indirizzah bir-risposta li ġejja:

"Fl-ittra tiegħek ta' l-14 ta' Mejju 2001, inti għamilt referenża, sussidjarjament, għal diskriminazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 4 (b) (KEFA), li tagħha Lormines kienet il-vittma. Dak l-aspett ġie eżaminat mid-dipartimenti tiegħi li huma kompetenti fil-qasam. Jidher li l-Artikolu 4 (b) (KEFA) jikkonċerna biss il-bejgħ ta' prodotti KEFA. L-applikazzjoni tar-regola ġenerali ta' non diskriminazzjoni kienet ippreċiżata fl-ArtikoIu 60 (KEFA) (prezz tal-bejgħ) u l-Artikolu 70 (KEFA) (spejjeż tat-trasport). L-ispejjeż speċjali li segwew ir-rinunzja mill-kumpanniji sfruttaturi tal-konċessjonjiet minerarji ma jaqgħux taħt il-qasam ta' l-Artikolu 4 (b) (KEFA).

Għall-aspetti l-oħra ta' l-ilment tiegħek, Jien nagħmel riferiment għar-risposta tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, meħuda mill-ittra tiegħu tat-30 ta' Marzu 2001."

 Proċedura u talbiet tal-partijiet

19      Permezz tat-talbiet ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fid-9 ta' Mejju 2001 u fil-31 ta' Lulju 2001, irreġistrati rispettivament taħt in-numri T-107/01 u T-175/01, ir-rikorrenti ressaq ir-rikorsi preżenti.

20      B'Att separat iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta' Ġunju 2001, il-konvenuta qajmet eċċezzjoni ta' inammissibbiltà skond I-Artikolu 114 tar-Regolament tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-kuntest tal-Kawża T-107/01. Permezz ta' l-Ordni tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta' Ottubru 2001, l-eċċezzjoni ġiet magħquda mal-mertu u l-ispejjeż ġew irriżervati.

21      B'att separat iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta' Ottubru 2001, il-konvenut qajmet eċċezzjoni ta' inammissibbiltà skond l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura fil-kuntest tal-kawża T-175/01. B'digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta' Marzu 2002, l-eċċezzjoni ngħaqdet mal-mertu tal-kawża u l-ispejjeż ġew irriżervati.

22      B'att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta' Mejju 2002, irreġistrat taħt in-numri T-107/0I R u T-175/01 R, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri provviżorji. Din it-talba ġiet miċħuda permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-11 ta' Lulju 2002, Lormines vs Il-Kummissjoni (T-I07/01 R u T-175/01 R, Ġabra p. II-3193), u l-ispejjeż ġew irriżervati.

23      B'digriet tal-President tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-15 ta' Novembru 2002, il-Kawżi T-107/01 u T-175/01, ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza, skond l-Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura.

24      Fuq Rapport ta' l-Imħallef, il-Qorti tal-Prim’Istanza (ir-Raba' Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta' organizzazjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, talbet lill-konvenuta tirrispondi għal mistoqsija miktuba. Hija għamlet hekk fit-terminu mogħti.

25      Il-partijiet u t-talbiet tagħhom, kif ukoll ir-risposti għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza, instemgħu fis-seduta tat-18 ta' Frar 2004.

26      Fil-kawża T-107/01, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara r-rikors ammissibbli;

–        tannulla, preliminarjament u fuq il-bażi ta' l-Artikolu 35 KEFA, id-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2001, li fiha din ta' l-aħħar irrifjutat li tilqa' l-ilment tagħha tal-21 ta' Frar 2001;

–        tannulla, sussidjarjament u alternattivament, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 33 KEFA, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2001, li fiha din ta' l-aħħar irrifjutat li tilqa' l-istess ilment; 

–        tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

27      Fil-kawża T-107/01, il-konvenuta titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara r-rikors inammissibbli;

–        sussidjarjament, tiddikjara mingħajr bażi u tiċħad ir-rikors prinċipali u tiddikjara li m'hemm lok li tittieħed fuq ir-rikors sussidjarju u alternattiv;

–        tikkundanna r-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

28      Fil-Kawża T-175/01, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara r-rikors ammissibbli;

–        tannulla, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 35 KEFA, id-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tas-9 ta' Lulju 2001 li tirrifjuta li tilqa' l-ilment tad-9 ta' Mejju 2001;

–        tannulla, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 33 KEFA, id-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Lulju 2001, li tirrifjuta li tilqa’ dan l-ilment;

–        tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

29      Fir-replika, ir-rikorrenti titlob, sussidjarjament, lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha tiddikjara nulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif tinsab fl-ittra tagħha tas-16 ta' Lulju 2001.

30      Fil-kawża T-175/01, il-konvenuta titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara r-rikors inammissibbli;

–        sussidjarjament, tiddikjara infondat u tiċħad ir-rikors;

–        tikkundanna r-rikorrenti tbati l-ispejjeż, li jinkludu dawk relatati mal-proċedura ta' miżuri provviżorji.

 Fid-dritt

31      Fiż-żewġ kawżi, il-Kummissjoni teċċeppixxi l-inammissibbiltà tar-rikorsi għal nuqqas ta’ azzjoni u r-rikors għal annullament fuq il-bażi ta' bosta raġunijiet.

32      Wieħed għandu janalizza r-raġuni bbażata fuq il-fatt li r-rikorrenti ma kellux il-kwalità li jaġixxi skond l-Artikoli 33 KEFA u 35 KEFA, għaliex m'hijiex intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, peress li din il-kwistjoni għandha natura preliminari u hija komuni għat-talbiet dwar nuqqas ta' azzjoni u annullament.

 Dwar il-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA

 Argumenti tal-partijiet

33      Il-Kummissjoni tgħid li r-rikorrenti mhijiex intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, minħabba li hija ma teżerċita ebda attività relatata mat-Trattat KEFA, la fil-mument li ressqet ir-rikors preżenti, la fil-mument li kitbet lill-Kummissjoni u lanqas fil-mument meta l-ispejjeż in kwistjoni ġew imposti fuqha. Hija ssostni li l-elementi mressqa mir-rikorrenti jindikaw li l-attività ta’ estrazzjoni tagħha ta’ ħadid spiċċa fil-31 ta’ Lulju 1993 u li hija m’għandhiex iżjed persunal mill-31 ta’ Diċembru 1999.

34      Ir-rikorrenti teċċepixxi l-inammissibiiità tar-raġuni tal-Kummissjoni bbażata fuq in-nuqqas tal-karatteristiċi ta' l-intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, bis-saħħa ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura. Hija ssostni li din ir-raġuni tressqet biss fir-risposta fil-kuntest tal-kawża T-107/01, u mhux fl-att separat li permezz tiegħu tressqet l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà.

35      Hija żżid li l-Kummisjsoni ma tistax tqajjem din ir-raġuni, għaliex il-kapaċità ta' persuna li taġixxi ma tistax tiġi iktar ikkontestata matul il-proċedura kontenzjuża, jekk hija tkun ġiet ammessa mill-istituzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva preliminari (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Ottubru 1974, Union syndicale et vs Il-Kunsill, 175/73, Ġabra p. 917, tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta' Lulju 1996, Sinochem Heilongjiang vs Il-Kunsill, T-161/94, Ġabra p. II-695, punt 34).

36      Fir-rigward tal-mertu ta' din il-kwistjoni, ir-rikorrenti ssostni li hija intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, u li b'ħekk hija għandha l-kwalità biex taġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikoli 33 KEFA u 35 KEFA.

37      Hija ssostni li din l-interpretazzjoni hija l-unika waħda konsistenti mal-kitba u s-sustanza tat-Trattat KEFA, li għandu jkopri l-proċess ta' produzzjoni kollu mid-dħul sal-ħruġ effettiv tas-suq tal-faħam u l-azzar, li jinkludi l-waqfien ta' l-attività ta' produzzjoni.

38      Hija ssostni wkoll li 1-ispejjeż li hija tilmenta dwarhom lill-Kummissjoni kienu imposti fuqha mir-Repubblika Franċiża minħabba l-attività tagħha ta’ estrazzjoni tal-minerali tal-ħadid u taż-żamma furzata ta' bosta konċessjonijiet minjerarji tal-ħadid. Hija tqis li intrapriza skond l-Artikolu 80 KEFA, li r-rinunzja għall-konċessjonijiet minerarji tal-ħadid tagħha ġiet irrifjutata mill-Istat, meta li l-aċċettazzjoni ta' dik ir-rinunzja biss kienet tippermettilha toħroġ mis-suq, għandha tibbenefika mill-protezzjoni ta’ l-imsemmi Trattat.

39      Meta rrispondiet matul is-seduta għall-mistoqsjia dwar kif l-ispejjeż li hija qed tilmenta fuqħom jistgħu jaffettwaw is-sitwazzjoni ta' kompetitività tagħha jekk hija ma kinitx għadha fl-attività, ir-rikorrenti qalet li dawk l-ispejjeż kienu affettwaw is-sitwazzjoni tagħha qabel il-waqfien tagħha mill-attività, minħabba li, b'mod partikolari, jekk hija setgħet tipprevedihom meta kienet għadha fl-attività, forsi ma kinitx terġa' tieħu konċessjonijiet oħra, bħal ma għamlet. Hija żiedet, fuq dan ir-rigward, li l-ispejjeż relatati ma' l-għeluq tal-minjieri kellhom ikunu prevedibbli matul l-attività tagħha, b'tali mod li tieħu ħsieb għal provviżjon u trattament fiskali differenti. Barra minn dan, hija ddikjarat li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-15 ta' Lulju 1994, hija kien għad kellha metalli mhux maħdumin fil-pussess tagħha.

40      Barra minn dan, hija tfakkar li teżisti leġiżlazzjoni Komunitarja dwar għajnuna fil-każ ta' għeluq ta' intrapriżi ta' l-azzar. Hija tallega li, bl-istess mod, l-ispejjeż imposti matul il-waqfa ta' l-attività tal-produzzjoni tal-faħam jew ta' l-azzar ta' intrapriża, bħal f'dan il-każ, għandhom jiġu mifhuma fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEFA, minħabba li l-ispejjeż tal-ħruġ mis-suq, bħall-ispejjeż diretti u indiretti kollha, jagħmlu parti mill-ekonomija ta' l-intrapriża.

41      Hija tosserva wkoll li l-Qorti tal-Prim’Istanza diġa ammettiet li kumpannija, fejn il-ftuh tal-falliment ikun ġab miegħu l-waqfien ta' l-attività qabel l-introduzzjoni tar-rikors tagħha quddiem l-Imħallef Komunitarju għandha l-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikoli 33 KEFA, 35 KEFA u 80 KEFA (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta' Marzu 1999, Forges de Clabecq vs Il-Kummissjoni, T-37/97, Ġabra p. II-859).

42      Fis-seduta, ir-rikorrenti sostniet li, fl-istess sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Mejju 1983, KEFA vs Ferriere Sant'Anna (168/82, Ġabra p 1681), u tat-22 ta' Frar 1990, Busseni (C-221/88, Ġabra p 1-495), kienu aċċettaw li l-Awtorità Għolja tista' tammetti d-djun (li jirriżultaw minn tnaqqis skond l-Artikoli 59 KEFA u 60 KEFA jew minn multi) mat-telf ta’ falliment ta' dawk l-intrapriżi li jkunu diġà waqqfu l-attività tagħħom. Ir-rikorrenti ssostni li, għal raġunijiet ta’ koerenza, l-ammissjoni ta’ dawn id-djun mat-telf ta’ falliment jimplika li intrapriża li ssib ruħha fis-sitwazzjoni tagħha tista' tressaq rikors fuq il-bażi ta' l-Artikoli 33 KEFA u 35KEFA.

43      Ir-rikorrenti tallega wkoll li l-Kumissjoni rrikonoxxiet li l-miżuri adottati minn Stat lejn intrapriza fil-każ ta' l-għeluq tal-minjieri tal-ħadid tagħha kienu suġġetti għat-Trattat KEFA, anki wara l-waqfien ta' l-attività ta' estrazzjoni, minħabba li dawn il-miżuri jintrabtu ma' l-eżerċizzju ta' l-attività ekonomika li taqa taħt dan it-Trattat. Il-Kummissjoni kienet interveniet f'din is-sitwazzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 95 KEFA (Deċiżjoni 96/269/KEFA tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Novembru 1995, dwar proġett ta' assistenza ta' l-Awstrija favur W-Voest Alpine Erzberg Gesellschaft mbH, ĠU 1996, L 94, p. 17). Din id-deċiżjoni kkonċernat għajnuniet li kienu jkopru, minn naħa, perijodu li jmur wara l-ħrug mis-suq ta' l-intrapriżi benefiċarji.

44      Il-Kummissjoni twieġeb li hija ma rrikonoxxietx is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-20 ta' Marzu 1959, Nold vs Haute Autorité (18/57, Ġabra p. 89), li fiha l-kapaċità li taġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 33 KEFA minn kumpannija taħt likwidazzjoni kienet ammessa. Hija ssostni li, madankollu, din il-kumpannija kienet qed teżerċita l-attivitajiet tagħha bħal ma kienet tagħmel fil-passat, b'differenza mir-rikorrenti, li għal aktar minn għaxar snin ma kienet qed teżerċita l-ebda attività li jista’ jkollha effett fis-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat KEFA.

45      Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-argument tar-rikorrenti, ibbażati fuq l-eżistenza ta' għajnuna fil-każ ta' għeluq ta' intrapriżi ta' l-azzar huwa mingħajr bażi. Hija tosserva li l-ahħar kodiċi ta’ għajnuna lil intrapriżi ta' l-azzar (Deċizjoni Nru 2496/96 KEFA tal-Kummissjoni, tat-18 ta' Diċembru 1996, li tistabbilixxi Regoli Komunitarji għall-għajnuna lill-intrapriżi ta' l-azzar, ĠU L 338, p. 42) tirrigwarda biss l-għajnuna għall-intrapriżi li għadhom f’attività u li se jwaqqfu definittivament l-attività tagħhom tal-produzzjoni ta' l-azzar. Issa, fil-kawża preżenti, ma nsibux sitwazzjoni li tikkorrispondi għall-mument ta' ħruġ effettiv mis-suq tal-faħam u ta' l-azzar, imma sitwazzjoni ta’ ħafna wara l-hruġ minn dak is-suq.

46      Għal dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti tas-sentenza Forges de Clabeck vs Il-Kummissjoni, punt 41 supra, il-konvenuta nnutat li, minkejja l-fatt li l-intrapriża li qed nitkellmu dwarha falliet, il-qorti nazzjonali kienet iddeċidiet li l-attività tagħha kellha tkompli minħabba r-ristrutturazzjoni tagħha u l-attività tagħha mill-ġdid.

47      Għal dak li jikkonċerna l-argument ibbażat fuq id-Deċiżjoni 96/269, il-konvenuta ssostni li s-sitwazzjoni ta' l-intrapriża in kwistjoni kienet fondamentalment differenti minn dik tar-rikorrenti. F'dik id-deċiżjoni, kien previst li l-minjiera tal-ħadid kellha tagħlaq. Madankollu, l-intrapriża kienet għadha tipproduċi fil-mument li ngħatat l-għajnuna in kwistjoni.

48      B'risposta għat-talba tar-rikorrenti bbażata fuq l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni ssostni li hija m'għandhiex l-obbligu li turi t-talbiet ta' inammissibbiltà kollha tagħha fl-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mressqa minn att separat u li hija tista' tressaq talbiet ta' inammissibbiltà oħra fir-risposta tagħha. F'kull każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista’, ex officio, teżamina kull raġuni ta’ ordni pubbliku.

 Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

49      Qabel ma tiġi eżaminata l-fondatezza ta’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni dwar l-ammissibbiltà. Fil-fatt, għandu jiġi mfakkar li l-iskop ta' inammissibbiltà li qed nitkellmu dwaru ma kienx tressaq mill-Kummissjoni ħlief fir-risposta ppreżentata fil-kawża T-107/01, kif ukoll fl-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mressqa fil-kawża T-175/01.

50      Għal dak li jikkonċerna l-affermazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-kwalità biex taġixxi ta' persuna ma tistax tiġi kkontestata fil-kuntest tal-proċedura kontenzjuża jekk hija tkun ġiet aċċettata mill-istituzzjonijiet Komunitarji fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva preliminari, wieħed għandu jsemmi li s-sentenzi Union syndicale et vs Il-Kunsill u Sinochem Heilongjiang vs Il-Kunsill, punt 35 supra, invokati in sostenn ta' din l-affermazzjoni, huma nieqsa minn kull rilevanza. F'dan ir-rigward, wieħed għandu jikkonstata li ċ-ċirkustanzi ta' din il-kawża huma differenti minn dawk li wasslu għal dawn is-sentenzi. Fil-fatt, is-sentenza Union syndicale et vs Il-Kunsill kienet tikkonċerna l-kwistjoni tal-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikonoxxi rikors dirett imressaq minn assoċjazzjoni professjonali fil-kuntest ta' l-Artikolu 91 tar-Regolamenti ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Fil-kawża Sinochem Heilongjiang vs Il-Kunsill, il-kwistjoni ma kinitx dwar jekk il-konvenuta setgħatx aktar tressaq talba ta' inammissibbiltà f’livell ta' proċedura kontenzjuża, imma dwar jekk ir-rikorrenti kellhiex il-kwalità ta' persuna legali skond l-Artikolu 230 KE, minħabba li din kienet meqjusa mill-istituzzjonijiet Komunitarji li kienet entità ġuridika indipendenti matul il-proċediment amministrattiv.

51      Għal dak li jikkonċerna t-talba tar-rikorrenti li skond l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tipprojbixxi lil Kummissjoni milli tqajjem in-nuqqas tal-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA fir-risposta ppreżentat fil-kawża T-I07/01, minħabba li naqset milli tressaqha fi-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista, ex officio, fi kwalunkwe ħin, teżamina l-inammissibbiltà għal raġunijiet ta' ordni pubbliku li fih tidħol, skond il-ġurisprudenza, il-kompetenza ta’ l-Imħallef Komunitarju li tilqa' l-applikazzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu 1980, Valabbia et vs Il-Kummissjoni, 154/78, 205/78, 206/78, 226/78 sa 228/78, 263/78 sa 264/78, 31/79, 39/79, 83/79 u 85/79, Ġabra p. 907, punt 7, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta' Ġunju 1998, Svenska Journalistforbundet vs Il-Kunsill, T-174/95, Ġabra p. II-2289, punt 80). L-istħarriġ tal-Qorti tal-Prim’Istanza b'hekk m'hijiex limitata għat-talbiet ta' inammissibbiltà mressqa mill-partijiet (Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta' l-10 ta' Lulju 2000, Comitato organizzatore del convegno internazionale vs Il-Kummisjoni, T-387/00, Ġabra p II-3031, punt 36).

52      F'dan il-każ, it-talba ta' inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni tqajjem kwistjoni ta' ordni pubbliku, sa fejn tikkonċerna 1-kapaċità li taġixxi tar-rikorrenti, kif ukoll l-aċċess tagħha għal rimedji ġudizzjarji, u, skond il-ġurisprudenza li ssemmiet, hija b'hekk tista' tkun suġġetta għal eżami ex officio min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza (sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta' l-24 ta’ Ottubru 1997, EISA vs Il-Kummissjoni, T-239/94, Ġabra p, II-1839. punt 27).

53      Għal dak li jirrigwarda l-fondatezza ta' din l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, wieħed għandu jinnota li t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 33 KEFA jgħid li "l-intrapriżi jew l-assoċjazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 (KEFA)" jistgħu jagħmlu, taħt l-istess kundizzjonijiet li joħorġu mill-ewwel subparagrafu tagħha, rikors għal annullament kontra d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet individwali li jikkonċernawhom jew kontra d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali li huma jqisu li huma vvizzjati b’abbuż ta' poter fil-konfront tagħhom. Skond ġurisprudenza kostanti, l-enumerazzjoni f'dan l-Artikolu tas-suġġetti ta' dritt li jistgħu jressqu rikors għal annullament huwa limitattiv, bil-konsegwenza li s-suġġetti li m'humiex imsemmija ma jistgħux jipproponu validament tali rikors (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1984, Commune de Differdange et vs Il-Kummissjoni, 222/83. Ġabra p. 2889, punt 8, u tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-8 ta' Lulju 2003; Verband der freien Rohrwerke et vs Il-Kummisjoni, T-374/00, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 33).

54      Wieħed għandu wkoll jinnota li, skond l-Artikoli 80 KEFA u 81 KEFA, huma biss l-intrapriżi li jeżerċitaw attività ta' produzzjoni fil-qasam tal-faħam u l-azzar li huma suġġetti għar-regoli tat-Trattat KEFA u li, f'dan ir-rigward, huma biss il-prodotti nnumerati fl-Anness 1 KEFA li jaqgħu taħt it-tifsira ta’ "faħam" u "azzar" (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-334/99, Ġabra p. I-1139, punt 77).

55      Ir-rikors għal nuqqas ta' azzjoni, skond l-Artikolu 35 KEFA, huwa ammissibbli biss jekk ir-rikorrenti jkollha l-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Lulju 1961, Vloeberghs vs Haute Autorité, 9/60 u 12/90. Ġabra p 391, 422).

56      Jirriżulta ċertament mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li m'hijiex mitluba li r-rikorrenti jkollha din il-kwalità fil-mument li tressaq ir-rikors (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Jannar 2002, Plant et vs Il-Kummissjoni u South Wales Small Mines, C-480/99 P, Ġabra p. 1-265, punt 44).

57      F'din is-sentenza, il-Qorti tal-Gustizzja kienet ċaħdet eċċezzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inammissibbiltà tar-rikors imressaq mill-intrapriżi sfruttaturi tal-minjieri u barrieri u kienet ibbażat ruħha fuq il-fatt li huma ma kinux ressqu l-prova li huma kienu għadhom jeżerċitaw l-attività ta’ produzzjoni tal-faħam fil-mument li tressaq ir-rikors tagħhom quddiem l-Imħallef Komunitarju (punti 37 u 44).

58      Il-Qorti enfasizzat li m'huwiex ikkontestat li r-rikorrenti kellhom il-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, fil-mument ta' l-attivitajiet li kienu s-suġġett ta' l-ilment tagħhom li kien miċħud mill-Kummissjoni u li ddeċidiet li "(Il)-fatt li huma kienu suċċessivament tilfu dik il-kwalità biż-żmien ma tistax tneħħilhom l-interess tagħhom li jkunu jistgħu jivverifikaw infrazzjoni tal-Liġijiet tal-kompetizzjoni fejn huma sofrew il-konsegwenzi meta huma kellhom dik il-kwalità u li fir-rigward tagħha huma kellhom id-dritt li jressqu lment" (punt 44).

59      F'dan il-każ, huwa stabbilit li r-rikorenti kienet waqfet l-attivitajiet ta' produzzjoni tagħha f'Lulju 1993.

60      Barra minn dan, l-ilmenti tagħha tad-9 ta' Frar 2001 u tad-9 ta' Mejju 2001 quddiem il-Kummissjoni, li huma l-oriġini ta' dawn il-kawżi, jikkonċernaw ħlasijiet li, filwaqt li nħolqu mil-Liġijiet Franċiżi 94-588 tal-15 ta' Lulju 1994, u 99-245 tat-30 ta' Marzu 1999, ma kinux jeżistu fil-mument tal-waqfien ta’ l-attivitijiet tal-produzzjoni tar-rikorrenti.

61      F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li r-rikorrenti ma tistax titqies li hija intrapriża fis-sens ta’ l-Arlikolu 80 KEFA, peress li fatt biss li hija kellha fil-pussess tagħha minerali, matul id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-15 ta' Lulju 1994, m'hijiex ta' natura li tikkonferma din il-konklużjoni.

62      Barra minn dan, peress li l-ħlasijiet li fuqhom qed jilmenta r-rikorrenti jirriżultaw minn dispożizzjonijiet li ġew wara l-waqflen ta' l-attività fil-minjieri tagħha, ir-rikorrenti ma sofrietx il-konsegwenzi ta' l-infrazzjonijiet allegati skond it-Trattat KEFA, meta hija kien għad kellha l-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA. Għaldaqstant, l-attivitajiet iddenunzjati fl-ilment tagħha ma kellhom ebda effett fuq is-suq Komunitarju tal-faħam u ta' l-azzar.

63      Il-konferma tan-nuqqas tal-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA tar-rikorrenti ma jiġux imxejna mill-argumenti l-oħra li hija qed tressaq.

64      Għal dak li jikkonċerna l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq il-fatt li t-Trattat KEFA għandu jkopri l-proċess ta' produzzjoni kollu, kif ukoll il-konnessjoni ekonomika bejn il-ħlasijiet li dwarhom hija kienet ressqet l-ilment u l-attività tagħha preċedenti, wieħed għandu jqis li ebda wieħed minn dawk l-argumenti ma jxejnu l-fatt li r-rikorrenti, kuntrarjament għal dak li kien mitlub mill-Artikolu 80 KEFA, ma kinitx qed teżerċita attività ta' produzzjoni fid-qasam tal-faħam u ta' l-azzar fil-mument ta' l-attivitajiet iddenunzjati fl-ilment tagħha u lanqas fil-mument li fih hija indirizzat lill-Kummissjoni lment fuq l-ispejjeż imposti mir-Repubblika Franċiża. Barra minn dan, dan ma jirrigwardax ksur li r-rikorrenti kienet sofriet l-konsegwenzi tagħhom meta hija kienet għad kellha l-kwalità ta' intrapriża fis-sens ta’ l-Artikolu 80 KEFA.

65      M'hemmx lok jiġi kkunsidrat l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-protezzjoni ġudizzjarja li joffri t-Trattat KEFA għandha tibbenefika minnha l-intrapriża sa l-ħruġ effettiv tagħha mis-suq. Kif kien ukoll imfakkar kemm-il darba mill-qrati Komunitarji, m'hijiex kompetenza ta' dawn ta' l-aħħar li jidderogaw mis-sistema ġudizzjarja mfassla fit-Trattat (ara, speċifikament għal dak li jikkonċerna r-rimedji li joħorġu mit-Trattat KEFA, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Lulju 1963, Schleiker vs Haute Autorité, 12/63, Ġabra p. 173, 186, u s-sentenza Verband derfreien Rohrwerke et vs Il-Kummissjoni, punt 53 supra, punt 38).

66      Fil-fatt, jekk il-kundizzjoni ta' ftuħ ta' azzjoni quddiem il-Qrati Komunitarji għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, din l-interpretazzjoni ma tistax twassal biex twarrab kundizzjoni espressament prevista mit-Trattat KEFA mingħajr ma teċċedi l-kompetenzi li mogħtija minnu lill-Qrati Komunitarji (Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Marzu 2003, Diputacion Foral de Alava et vs Il-Kummissjoni, C-75/02 P, Ġabra p. 1-2903, punt 34).

67      L-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq il-protezzjoni ġudizzjarja tat-Trattat KEFA għat-totalità tal-proċess ta' produzzjoni, tad-dħul sal-ħruġ effettiv mis-suq, jiġifieri sal-waqfien ta' l-intrapriża ma tistax tkun aktar ġustifikata mill-eżistenza ta' leġiżlazzjoni Komunitarja dwar għajnuna fl-għeluq ta' intrapriżi ta' l-azzar. Fil-fatt, il-Kummisjoni ġustament tenfasizza li l-aħħar kodiċi ta' għajnuna lill-industriji ta' l-azzar (Deċiżjoni Nru 2496/96) hija indirizzata lill-intrapriżi li għadhom fl-attività. Fil-fatt, l-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni jgħid li "(l-) għajnuna favur l-intrapriżi li jwaqqfu definittivament l-attività tagħhom tal-produzzjoni ta' l-azzar KEFA jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq komuni, bil-kundizzjoni (....) li huma kienu pproduċew regolarment prodotti ta' l-azzar KEFA sad-data tan-notifika ta' l-għajnuna kkonċernata skond l-Artikolu 6 (...)". Mill-premessi ta' din id-deċiżjoni jirriżulta li l-għan ta’ l-awtorizzazzjoni ta' dawn l-għajnuniet huwa intiż li "jiffavorixxi l-għeluq parzjali ta' bini jew (il)-finanzjament ta' l-għeluq definittiv ta' l-attivitajiet KEFA kollha ta' l-intrapriżi inqas kompetittivi".

68      Fir-rigward ta’ l-argument tar-rikorrenti li l-Qorti tal-Prim’Istanza rrikonoxxiet il-kwalità ta' intrapriża skond l-Artikolu 80 KEFA, lill-intrapriza li kienet falliet fis-sentenza Forges de Clahecq vs Il-Kummissjoni, punt 41 supra, wieħed għandu jsemmi li s-sentenza in kwistjoni kienet tikkonċerna intrapriża ta' l-industrija ta' l-azzar li fiha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni li tikkonċerna l-għajnuna favur tagħha, li kellha bħala suġġett it-tentativ li tibda topera mill-ġdid bl-iskop li tevita l-falliment tagħha u li tippermettilha tkompli l-attività tagħha. Barra minn dan, id-deċiżjoni tal-Kummisjoni f'din il-kawża, fit-18 ta' Diċembru 1996, kienet qabel id-dikjarazzjoni ta' falliment iddikjarata b'Deċiżjoni tal-Qorti tal-Kummerċ kompetenti tat-3 ta' Jannar 1997 (punti 6 sa 11, 18 u 19 ta' l-istess sentenza). Issa, din is-sitwazzjoni kienet radikalment differenti minn dik fil-każ preżenti.

69      Għal dak li jikkonċerna l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq is-sentenzi KEFA vs Ferriere Sant' Anna u Busseni, punt 42 iktar ‘il fuq, huwa biżżejjed li jingħad li, f’dawn il-kawżi, dan kien jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk id-djun ta' l-Awtorità Għolja setgħu jitqiesu li huma djun privileġġati fid-dikjarazzjonijiet tat-telf tal-falliment ta' ċerti intrapriżi. Għaldaqstant, wieħed għandu jenfasizza li dawn is-sentenzi kienu jirrigwardaw kwistjoni li hija barranija għal dik in kwistjoni f’dan il-każ u li r-rikorrenti ma stabbilixxietx kif dawk id-djun setgħu jiġu ammessi fid-dikjarazzjoni tat-telf tal-falliment ta' intrapriża fis-sens ta’ l-Artikolu 80 KEFA, jimplika li hija setgħet validament tippreżenta rikors għal annullament. Barra minn hekk, wieħed għandu jinnota li d-djun in kwitjoni jikkorrispodu għall-obbligi finanzjarji ta' intrapriżi lejn l-Awtorità Għolja, marbutin ma' l-attività tagħom.

70      Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-Deċiżjoni 96/269, hemm lok li jiġi kkonstatat li din id-Deċiżjoni awtorizzat l-għajnuna favur intrapriża li, kuntrarjament għar-rikorrenti, kienet għadha f'attività fil-mument li fih il-Kummissjoni kienet ħadet id-deċiżjoni tagħha (ara l-punt 11 ta' dik id-deċiżjoni).

71      F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tar-rikorrenti li hija għandha titqies li hija intrapriża fis-sens ta’ l-Artikolu 80 KEFA għandhom jiġu miċħuda.

72      Jirriżulta minn dak kollu li ntqal qabel li r-rikorsi tar-rikorrenti għandhom jiġu miċhuda bħala inammissibbli.

 Fuq l-ispejjeż

73      Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li tilfet għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Ir-rikorrenti tilfet il-kawża u għalhekk hija għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, li jinkludu dawk marbuta mal-proċedura sommarja skond it-talbiet tal-konvenuta.

Għal dawn ir-raġunijiet,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Ir-Raba’ Awla)

taqta’ u tiddeċiedi :

1)      Ir-rikorsi huma miċhuda bħala inammissibbli.

2)      Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż, li jinkludu dawk marbuta mal-proċedura tal-proċediment għal miżuri provviżorji.

Legal

Tiili

Vilaras

Mogħtija f’qorti bil-miftuh, fil-Lussemburgu, 7 ta’ Lulju, 2004.

Reġistratur

 

       President

H. Jung

 

       H. Legal


* Lingwa tal-kawża : il-Franċiż.