Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Mejju 2015 – Openbaar Ministerie vs Etablissements Fr. Colruyt NV

(Kawża C-221/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuta: Etablissements Fr. Colruyt NV

Domandi preliminari

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/64/UE 1 , moqri flimkien jew mhux flimkien mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 2 , tas-7 ta’ Diċembru 2000, jipprekludi miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali?

L-Artikolu 34 TFUE jipprekludi miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali?L-Artikolu 4(3) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 101 TFUE, jipprekludi li miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/l-importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).     ĠU 2000, C 364, p. 1.