Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ottubru 2011 - ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-dikjarazzjonijiet ta' remunerazzjoni tar-rikorrenti ta' Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet ta' remunerazzjoni tax-xhur ta' wara li japplikaw il-koeffiċjent ta' korrezzjoni ġdid għall-belt ta' Varese, skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rendikonti ta' remunerazzjoni tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-belt ta' Varese msemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta' Diċembru 2010, applikabbli mill-1 ta' Lulju 2010;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta' Lulju 2011 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti dwar il-koeffiċjent ta' korrezzjoni applikat f'Varese;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________