Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ottubru 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-dikjarazzjoni ta' dħul tar-rikorrent għax-xahar ta' Frar 2011 u tad-dikjarazzjonijiet ta' dħul tax-xhur sussegwenti li japplikaw il-koeffiċjent ta' korrezzjoni ġdid għall-belt ta' Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta' Diċembru 2010.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-dikjarazzjoni ta' dħul għax-xahar ta' Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet ta' dħul tax-xhur sussegwenti, sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet japplikaw koeffiċjent ta' korrezzjoni ta' 92.3 fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta' Diċembru 2010, iċċitat iktar 'il fuq, filwaqt li żżomm l-effetti ta' dawn id-dikjarazzjonijiet sal-adozzjoni ta' dikjarazzjonijiet ġodda li japplikaw koeffiċjent ta' korrezzjoni regolari;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-12 ta' Lulju 2011, li tagħti risposta negattiva għall-ilment 328/11 ippreżentat mir-rikorrent, sa fejn tirrifjuta b'mod partikolari l-aċċess tar-rikorrent għal informazzjoni statistika ddettaljata dwar il-paritajiet ekonomiċi fejn Brussell u Varese għal diversi neċessitajiet bażiċi, fosthom l-elettriċità, il-gass, l-enerġija, it-tisħin solidu u likwidu, is-saħħa u l-akkomodazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________