Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 taʼ Marzu 2013 – van der Aat et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/11) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal – Artikoli 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal – Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal – Regolament (UE) Nru 1239/2010 – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Uffiċjali assenjati f’Ispra)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: van der Aat et (Besozzo, l-Italja), (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet taʼ remunerazzjoni tar-rikorrenti taʼ Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet taʼ remunerazzjoni tax-xhur taʼ wara li japplikaw il-koeffiċjent taʼ korrezzjoni ġdid għall-belt taʼ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 taʼ Diċembru 2010.DispożittivIr-rikors huwa micħud.Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li intervjena fil-kawża, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.